GGANTIJA ~ Human Sacrifice (In Maltese)

Updated: Oct 17, 2019

Fil-Bibbja nsibu l-istorja meta Alla ried jipprova l-imhabba ta' Abraham meta talbu biex jissagrifika lil ibnu Isaak billi jnehhilu hajtu u jaharqu bhala sagrifuccju. Abraham kien lest biex jobdi, izda imbghad Alla ma ppermettiex li t-tifel imut. Il-poplu tal-Ggantija kien hafna aktar primittiv minn dak ta' Israel u mhix haga mpossibbli li xi darba seta' sar xi sagrificcju ta' din ix-xorta.


Storja fittizja

L-imhabba wil-mibgheda, l-ghira wis-suppervja minn dejjem kienu jezistu anke 3500 sena qabel Kristu. Nisthajjel li s-socjeta' ta' dawk iz-zmenijiet madwar it-tempji tal-Ggantija kienet tixbah ftit jew wisq lill-tribu' b'kap dittatur li jikkmanda u jmexxi kif jidhirlu hu u kif jaqbel lilu.


Snarlivan kien il-mexxej tal-poplu tax-Xaghra ta' dawk is-snin bikrin. Kien ilu kemm 'l qamar jirrenja u kien sigriet mikxuf li biex nhatar kien bexkel u qarraq mhux bil-ftit. Kien ragel daqs gorf b'harsa ta' qilla fuq wiccu mqarras u serju, Rari kienu jarawh jitbissem u dejjem b'ras hsieb u b'seba' ghajnejn fuq kulma jkun ghaddej. Kellu tnejn tal-qatgha tieghu dejjem iduru ma' djulu jilghaquh u jtarfulu dwar dak kollu li jkumn qed jigri. Kulhadd kien jistmah u jurih l-ikbar qima mhux sforz tar-rispett sincier izda ghax kienu jibzghu minnu u attenti li ma jxelfux difirhom mieghu..

Id-dixxiplina stretta kienet l-ghodda principali fic-centru tat-tmexxija ta' Snarlivan u l-popolin kien irrassenjat u mdorri jehda fuq xoghlu bla tlaqlieq minn sbieh il-jum sa nzul ix-xemx. Il-bicca 'l kbira ta' l-irgiel kienu jahdmu r-raba, jistadu ghall-hut jew irabbu l-bhejjem. Ohrajn kienu jahdmu fl-injam jew fil-gebel u fi snajja ohra bhat-tiswija tas-soqfa bil-qasab, produzzjoni tal-gild, jaghsru l-gheneb ghall-imbid u jaghmlu nasses, vlegeg u lanez ghall-kacca.

In-nisa ma kienux b'inqas ghax minn barra li kienu jgibu corma tfal fid-dinja kellhom ix-xoghol tal-gbir ta' l-ikel bhal bebbux, rizzi, imhar, kappar, faqqigh u kwantita ta' gheruq tajbin ghall-ikel. Barra minn hekk kellhom il-gbir u l-garr tal-hatab, it-tisjir ta' kuljum u mitt haga ohra gewwa d-djar fqajrin taghhom.

Izda kienu ghaddejjin, kulhadd fuq xoghlu, x'jieklu kellhom u li ma kellhomx kienu jakkwistawh bit-tpartit. Dan l-ahhar Durjan kien irnexxielu jakkwista 6 qabdiet qamh u 3 refghat patata billi hallas taghhom harufa tal-halib.

Durjan kien rahhal jirgha l-ftit nghag u mghoz li kellu u barra li kien ibiegh il-habib bnin taghhom kien jaghmel il-gbejniet b'dak li jkun fadallu. Dawn kien inixxifhom go qannic tal-qasab u kienu izommu ghall-hafna zmien. Fil-produzzjoni tal-gobon kellu ghajnuna kbira minn bintu Estrelja ta' xi hmistax-il-sena li kienet taghmel ukoll ix-xoghol kollu tad-dar fqajra taghhom. Kienet tigbor il-hatab, tixwi xi tajra li missierha ikun qatel mill-kacca, tidhan il-qamh fil-meries, taghmel l-ghagina u tahmi xi ftira.

L-ikel taghhom kien semplici ghall-ahhar: ftajjar, gobon, laham mill-kacca, hut, frott u hxejjex mir-raba u bhala xorb kienu jiehdu l-halib u l- imbid. Kienu ghaddejjin harir izda dik ix-xitwa l-poplu kollu kien inkwetat ghall-mewt ghax kienet ghada ma ghamlitx qatra xita. Kien ilu ma jqattar minn April u il-bjar u l-gwiebi kienu kwazi nixfu ghall-kollox. Hajjithom kienet marbuta ghall-kollox man-natura u kull caqlieqa ta' l-elementi kienet taffettwa bit-tajjeb jew bil-hazin lill-ghajxien taghhom. In-nuqqas ta' l-'ilma kien minn dejjem jinhass fil-gzira ta' Ghawdex. Snarlivan bhala mexxej tghidx kemm kien inkwetat b'dik in-nixfa kollha madwaru, l-ucuh tar-raba mahruqin bix-xemx, il-merhliet bilkemm ghandhom x'jixorbu, n-nies b'geddumhom sa l-art.


Snarlivan kien ilu gimghat shah jitlob lill alla tal Fertilita izda milli jidher din kienet qed tistenna xi sagrificcju specjali biex taghti widen ghat talba tieghu.

Il gimghat tan nixfa komplew igerbu wahda wara l ohra u n-nies kollha kwazi mbikkija, jekk taqtalhom rashom ma tohrogx qatra demm. X ser jaghmlu, qeghdin fix-xahar t' Ottobru u kullox ghadu mejjet bil-ghatx. Min kien ghad baqghalu xi naqra ilma fil bir beda jgholli rasu u jghafas bil kbir biex ipartat ma garra zghira ilma.

U Snarlivan itella w inizzel. Wasal iz-zmien ghal sagrificcju speclali lil Alla talFertilita. Wara zgur tisma t-talba tieghu. Kien hem bzonn li tibghatlu x-xita malajr ghax il-poplu kien jistenna dan minnu. Kien hemm certu tgergir minn taht u kien ilu zmien jghaddilu minn ghala widnejh li kien hemm min qed jimmira biex jehodlu postu. Specjalment dak il-mishut ta Durjan Ir-rahhal li ghax kellu naqra tal-gid kien jaghmel l-arja u jippretendiha ta xi ras kbira u bilkemm ma jridx jindahal fit-tmexxija.


Ipattihielu ghad u jurih min hu il-mexxej u l-Qassis il-Kbir tal-Ggantija. Il-Mara l-Hoxna, l-alla tal-fertilita mahbuba taghhom kienet qeghda tistenna xi haga specjali, sagriccju tad-demm aqwa bil-bosta minn tas-soltu. Skond Snarlivan din id-darba l’Alla Mara xtaqet sagrificcju uman b'demm prezzjuz tal-bnedmin imxerred fuq l-artar ghad unur taghha. Iva sagrificju uman ghax l'Alla taghhom kienet thobbu d-demm, jew hekk kien jimmagina Snarlivan.

Snarlivan kien jasal. Ghalhekk kulhadd kien jibza minnu. Kien sadist mill-kbar, ghajnejh kienu jixghelu meta jkun qed jikkastiga lil xi had bl-iskuza tad-dixxiplina. Kien ta' spiss isawwat bil-frosta, u jghoxa jumilja lil dak li jkun f'nofs ta'pjazza u jaghfgu that saqajh. Din id-darba kien imiss li jikkastiga lil Durjan u kellu f'mohhu tortura aghar mill-mewt lesta ghalih. Stenna il-gurnata tal-Hadd u kmieni filghodu meta hafna minn nies ingabru fit-Tempju tal-Ggantija resaq fin-nofs quddiem l-artar u beda jindirizza ‘l poplu. Hares harsa madwaru u beda d-diskors tieghu:


"Mahbubin uliedi, naf kemm intom inkwetati u mdejqin u nassigurakom li jien izjed minkom ghax id-dmir tieghi bhala kap taghkom huwa li nsib is-soluzzjoni ghal-problemi kollha li minn zmien ghal zmien ikollna nhabbtu wiccna maghhom. Ilna ma naraw qatra ilma niezla mis-sema x-xhur shah u n-nixfa li qeghda tghakkisna dahlet sahansitra go mohhna u go gisimna. Izda dal-ghodu bi pjacir inhabbrilkom li dal-lejl kelli dehra meraviljuza. Rajt lis-Sinjura taghna liebsa mant abjad ilellex, sabieha u majestuza u bi tbissima fuq fommha qaltli, “La tibzax minni Snarlivan ghax jekk tavdaw fiha u taghamlu l-aghmar tieghi ikollkom ix-xita minn ghada stess. Meta smajt dawn il-kelmiet ta' tama w imhabba inzilt gharkoptejja b'wicci ma l-art quddiem dik is-sbuhija tal-ghageb u wara li rringrazzjatha bid-dmugh f'ghajnejja wieghedtha li b'qalbna kollha konna se naghmlu dak kollu li trid minna.

Bhala prova ta' l-imhabba taghna lejha is-Sinjura talbitna noffrulha sagrificcju specjali li jixraq lid-divinita taghha, trid minn ghandna sagrificcju uman.”

Ghal dan il-kliem ta' barra minn hawn, in-nies tkexkxet u mmutat. Kulhadd baqa b'balqu miftuh jistaghgeb u jistaqsi lilu nnifsu, kif jista jkun. .Sagrificcju ta' din ix-xorta qatt ma kienu semghu bih. Dan il-mexxej ‘l veru misterjuz...


Izda Snarlivan kien ilu li fassal kollox go mohhu mignun u ma ddejjaq xejn ikompli jigdeb u jbellghalhom il-hrejjef. Kien jaf li se tghaddi tieghu u jaghmel vendikazzjoni qerrieda minn Durjan, halli jurih min hu l-kap.

U kompla,”Mhux bhima se noffrulha l-lejla izda xbejba zghazugha biex noghgbu kemm jista jkun lil alla mahbuba taghna. Dan tixtieq minn ghandna u ahna ikollna nobdu l-ghamar taghha jekk irridu l-barka taghha u mill-lum ‘l quddiem jkollna xita kemm irridu".


Regghet qamet ghagha qalb in-nies fidili u superstitjuzi tal-Ggantija ,ghax issa zdiedet il-biza li ix-xorti hazina setghet messet lilhom jew lil xi hadd mill-familja taghhom. It-tfajliet bdew jibku bil-genituri taghhom jghannquhom u jbusuhom ghax hadd ma kellu l-icken hjiel il-vittma min kienet se tkun.

“La tibzghux gheziez tieghi, is-Sinjura ga ghazlet lix-xbejba xxurtjata li se toffri zghozitha u gisimgha ghall-gid taghna, il-fidili tal-Ggantija. Isimha se jibqa mnaqqax go qalbna u qatt ma se ninsew is-sagrificcju nobbli li ghamlet ghalina fejn b'demmha salvatna lkoll”


In-nies tistaqsi, min kienet se tkun. . Il-genituri kollha imwerwrin li setghet kienet binthom il-maghzula sfurtunata.

“L- Isbah xbejba, vergni u ghaqlija giet maghzula mis-Sinjura nniffisha. Tefgha harstu fuq Estrelja, bint Durjan, "Ersaq, ersaq lejja, Estrelja.” Estrelja tbikkmet, riglejha bdew jirtghodu, le ma jistax ikun, semghat hazin. Baqghet imwahhla ma l-art u titbandal lura u ‘l quddiem se taqa u ma taqax. Ma jistax ikun li dik il-lejla stess kienet se tigi maqtula u mahruqa fuq il- mitbah. . Ghadha fil-bidu taz-zghozija taghha u 'l missierha se thallih wahdu, miskin.

Iccassata, ma tharrkitx. In-nies kollha daru iharsu lejha u hi bid-dmugh igelben ma haddejha tolfoq u tfittex lil missieha.

Fit-tarf tal-folla li issa kienet zdiedet ratu lil missierha mdawwar minn hamest irgiel li kienu ga hafnuh bejn idejjhom u rabtulu idejh wara dahru u kienu dak il-hin qeghdin jorbtuh ma kolonna hdejn il- bieb tat-tempju. Ma seta jaghmel xejn msejken, imxekkel kif kien hlief jghajjat isem bintu u jibki bhall-tarbija bejn ghax ma seta jaghmel xejn biex jghin lil imsejkna bintu u bejn ir-rabja feroci li kellu ghal mishut Snarlivan. Kieku seta kien iqattghu bi snienu.


Snarlivan ghall-kuntrarju komdu bic-corma tieghu madwaru u bl-appogg tan-nies kollha ghamel sinjal b'rasu lil zewgt irgiel ohra biex iressqu lil-tfajla hdejh. Kien ilu jimmagina kemm se jiehu pjacir inehhilha hwejjigha, jahfinha bejn dirghajh u filwaqt li jafghasha mieghu jmiddha ghal tulha fuq ix-xriek. U mbaghad l-akbar sodisfazzjon jiehdu meta b’idejh fuq wiccha jgholli is-sikkina tas-sagrificcju u jhanxrilha ghonqha. Kien dlonk qed jimmagina idejh it-tnejn mahsulin bid-demm shun tat-tfajla meta jifthilha sidirha u jaqlaghlha qalbha. Sadist mill-kbar nett izda fid-deher u f'ghajnejn in-nies kien jaghmilha ta' twajjeb fil-kariga tal-qassis il-kbir..


Filghaxija ma' nzul ix-xemx in-nies ingabret quddiem il-maqdes tal-Ggantija ghac-cerimonja tas-sagrificcju uman li rari kien isir gewwa Ghawdex. ‘L bicca ‘l kbira minnhom qatt ma kienu joholmu li se jaraw xeni makabri bhal ta' dik illejla.

Beda jinstemgha id-daqq kiebi tat-tnabar u Durjan li kien ilu imxekkel mal-gebla minn filghodu ghalkemm miflug bil-ghajja, bil-ghatx u bid-dispjacir kbir go qalbu iktar beda jithabat u jipprova iholl l-irbit ta' idejh u ta' riglejh.

Mal-gemb seta jara l-munzell tal-hatab lest biex jahraq il-gisem ta' l-ghaziza Estrelja tieghu u bil-korla li kellu ghazaz snienu u halef li lil Snarlivan ghad ipattielu. Kien jaf bin tajjeb li kien ghazel lit-tifla tieghu u ivvinta dan is-sagrificcju uman biex ikid u jahqar lilu.


Instegha id-daqq tal-qarn il-kbir u fegget purcissjoni riesqa lejn il-maqdes, b'numru kbir ta' rgiel igorru it-torca, xi tuzzana nisa ikantaw b’lehen kiebi u miexja go nofshom b'rasha baxxuta, Estrelja, liebsa l-abjad. Mansa, mansa rassenjata ghax taf jahasra li ma tistax tehlisha. U fuq wara tal-purcissjoni, fil-post prestiggjuz kien miexi b'pass meqjus, Snarlivan.


Madwar l-inhawi tal-Ggantija erbat it-tfal b'zokk irqieq jaqbad f'idejjhom xeghlu ghadd kbir ta' fjakkli li bdew jarmu duhhan iswed u riha ta' xaham u huxlief mahruq. Is-sema biex bhal donnu ikompli jzid max-xena ta' dwejjaq imtela bis-shab kulur ic-comb u ghatta l-ftit dawl tax-xemx li kien fadal Waqghet dalma fuq it-tempju u meta fewga kiesha daret ma saqajjhom n-nies migbura bdew donnhom jisthajlu li se taghmel ix-xita u minn mohhom ghadda il-hsieb li l-Mara l-Hoxna fil-hniena taghha kienet se tisma t-talba herqana taghhom sahansitra qabel isir is-sagrificcju.


Waqghet sikta kbira meta l-isfilata waslet u lkoll dahlu bl-akbar devozzjoni fil-maqdes. B'sollenita' liema bhala, Snarlivan, liebes mantar sabih ta' l-okkazjoni tela it-targiet ta' l-artar flimkien ma' tfajjel b'wicc ta' anglu igorr imhadda ckejkna b'sikkina daqsiex fuqha.

Ghajnejn in-nies kienu mwahhlin fuq din is-sikkina bil-manku taghha sabih, mirqum bid-djamanti ileqqu fid-dawl tal-fjakkli u bix-xafra tad-deheb misluta f'ghamla ta' nofs qamar. Bicca ghodda maghmula b'sengha kbira izda minflok ammirazzjoni nisslet tkexkixa bard u biza kbir fi qlub in-nies migbura madwar l-artar. Ma setax ma jghaddilhomx il-hsieb tal-biza minn mohhom li darba ohra x-xorti setghet tmiss lit-tifla taghhom.


F'dik il-hemda beda jinstemgha it-tkarwit tar-raghad fil-boghod u fewga kiesha nhasset u griet mal-Ggantija kollha. Snarlivan tbissem u bhal donnu ried jghid- - ‘qeghdin taraw kemm hi siewa id-decizjoni li hadt illum'. Ghamel sinjal b'rasu u Estrelja bdiet tiela it-tarag tal-mitbah.

Wiccha lejn l-art, liebsa l-abjad, bilkemm ghandha sahha timxi u mwiezna minn zewg xebbiet bhala wahda kull naha, Estrelja dehret kalma, ghajnejha xotti mid-dmugh, rassenjata ghall-mewt li kienet se teqriha minn din id-dinja. .


Hekk kif Estrelja meddet il-pass fuq l-artar l-ewwel berqa xeghlet it-tempju sabih tal-Ggantija u raghda qawwija faqqet minnufih. L-ajru kien wasal u bdiet tqattar xita hafifa. In-nies bdew jirringrazzjaw lis-Sinjura bit-tama f'qalbhom.

Fil-lehha tal-berqa Snarlivan deher b'harstu mwahhla fuq Estrelja mxennaq u jrid jikolha b'ghajnejh. Fetah dirghajh u beda d-diskors tieghu. Semmgha ix-xita li dak il-hin kienet niezla u ttanta jserrah mohh il-poplu li bis-sagrificcju uman li kienu se joffru kienu se jehilsu darba ghal dejjem minn nixfa qalila li kienet qed tahqarhom.


L-ajru kien issa lahaq sew u t-qarwit tar-raghad u it-tfaqqih tas-sajjetti kienu donnhom qed jirriflettu d-dieqa u l-korla ta’ Durjan li ma felahx aktar jara lil bintu imdendla b'hajta f'halq il-mewt u jisma lil mexxej ikompli jigdeb u jidhaq bin-nies biex jissodisfa l-passjonijiet perversi tieghu.

B'lehen ghajjien u mahnuq Durjan instemgha jghajjat,”giddieb, assassin” b'sahhtu kollha fuq il-hoss qawwi tar-raghad wis-sajjetti, ”assassin", mignun".

Izda Snarlivan ghamel ta' bir-ruhu li ma semghux. F'beraq ma jaqta xejn medd idu lejn l-imhadda u qabad is-sikkina. B'ghajnejh lejn is-sema, zammha f'idejh it-tnejn u waqt li ghollija‘l fuq beda jitlob, “Sinjura tal-Fertilita, inti taf kemm inhobbuk u nemmnu b’qalbna kollha li inti tridilna l-gid. Ghalhekk bil-hniena nitolbuk taccetta l-gisem u d-demm ta' din il-vergni zaghzugha bhala sagrificcju ghal glorja tieghek. Ibghatilna xita f'waqtha sabiex qatt izjed m'nbaghtu l-guh”.


Ix-xafra tas-sikkina qerrieda tilma fil-lehha tal-beraq kienet stallett f'qalb Durjan li ma qalax ghajnejh minn fuq l-imsejkna bintu. Id-deheb taghha ileqq fid-dawl qawwi tal-beraq kien jisthajlu demm imcappas ma' l-azar ta' l-arma.

F'daqqa wahda is-skiet wil-hemda inbidlu f'ghajjat, twerzieq u genn sfrenat.

Kulhadd jimbotta biex ifittex johrog mit-tempju.

Kien hemm riha qawwija ta' kubrit u ta' hruq, izda la Durjan, la Estrelia u l-anqas Snarlivan ma setghu jitharku minn posthom.

Estrelja kienet qisha ipparalizzata b'dak kollu li kienet ghaddejja minnu, missierha kien ghadu marbut mal-kolonna minn idejh u minn riglejh u l-mexxej kien stendut ma' l-art, wiccu ‘l fuq b'ghajnejh imberqin iharsu cassi u halqu mbexxaq donnu qed jistaqsi x'kien gara f'daqqa wahda!!

Snarlivan kienet laqtitu s-sajjetta li habtet fuq il-Ggantija u ngibdet mis-sikkina tad-deheb li kellu f'idejh. Il-kurrent qawwi ta' l-elettriku kien qatlu b'attakk tal-qalb. Hwejjgu kienu mahruqa, mcarta u ghadhom idahhnu.

L'allat tal-hniena u ta' l-imhabba ma riedux ihallu tali delitt infami isehh. Ma hamlux li bniedem mill-aghar jeqred il-hajja ta' kreatura nnocenti hekk kiesah u biered. Snarlivan spicca hazin u mieghu ntemm ir-renju ta' terrur madwar l-inhawi tal-Ggantija.


L'ghada kollox rega ghan-normal. Fi ftit tal jiem wara l-ghelieqi regghu bdew ihaddru u Durjan u Estrelja komplew jirghu n-naghgiet taghhom u jaghmlu l-ġbejniet t'Ghawdex fil-paci wis-sliem.


.Sept 2019

33 views

  107,  Triq il-Karita',  Victoria, Gozo, Malta.  

   Vct1209

  • Twitter Basic Black
  • Black TripAdvisor Icon
  • Facebook Basic Black
  • Black Instagram Icon

© MariaTownHouse…….... Proudly created with Wix.com    Copyright 2019

Join our mailing list